Tournament in Hal Kirkop

25-09-13
TOURNAMENTS TAL-BADMINTON F’ĦAL KIRKOP



L-ewwel attivita’ li se tiġi organizzata mill-MESA għall-istaġun 2013/2014
se tkun tikkonsisti minn żewġ tournaments tal-Badminton li se jsiru
fil-Kumpless ta’ San Benedettu, Kirkop ix-xahar id-dieħel bħala parti
mill-programm ta’ attivita’ magħruf bħala Now We Move. Il-Ħamis, 10 ta’
Ottubru se jsir Tournament tas-Singles, filwaqt li l-Ġimgħa, 11 ta’ Ottubru
se jsir Tournament tad-Doubles. Iż-żewġ tournaments se jibdew fis-1.00 p.m.
u jispiċċaw għall-ħabta ta’ l-4.30 p.m.. Dawk li beħsiebhom jieħdu sehem
huma mitluba jkunu fil-Main Hall tal-Kumpless ta’ Ħal Kirkop mhux aktar tard
min-12.30 p.m. sabiex ikunu jistgħu jiġu mtella’ l-poloz qabel ma jibda
l-logħob fis-1.00 p.m. Il-ħlas ta’ parteċipazzjoni huwa ta’ €10 kull
individwu.



Dawk li jixtiequ jieħdu sehem huma mitluba jinfurmaw lil Edmond Abela, li se
jkun responsabbli miż-żewġ tournaments, sa mhux aktar tard minn nhar
it-Tnejn, 7 ta’ Ottubru. Edmond jista’ jiġi kkuntattjat fuq
edmonda@maltanet.net jew fuq Mob. No. 99449563.